Biex tiċċelebra l-Jum Ewropew għas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet!
fid-29 ta’ April 2013
Ipparteċipa fl-edizzjoni ta’ generations @ school ta’ din is-sena, miftuħa għall-iskejjel kollha fl-Ewropa!
Irbaħ kamera tar-ritratti għall-klassi tiegħek! U jekk l-istudenti tiegħek għandhom 15-il sena jew aktar, tista’ saħansitra tirbaħ vjaġġ tal-ġenn għal Brussell!
generations @ school tistieden lill-għalliema biex jorganizzaw attività li tgħaqqad lill-istudenti flimkien mal-kbar mill-komunitajiet tagħhom sabiex jesploraw kif id-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet jista’ jikkontribwixxi għal fehim aħjar ta’ xulxin. Din il-laqgħa tista’ tkun dibattitu dwar xi kwistjonijiet ta’ tħassib għaż-żewġ ġenerazzjonijiet jew it-tnedija ta’ proġett konġunt li fih il-kbar u ż-żgħar jikkoperaw b’mod iktar regolari.
Ladarba l-Unjoni Ewropea ħatret is-sena 2013 bħala “Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini” din is-sena tkun opportunità tajba għall-għalliema, l-istudenti u l-persuni anzjani biex jorganizzaw, fid-29 ta’ April jew qrib din id-data, diskussjonijiet dwar l-Ewropa, l-imgħoddi tagħha, il-preżent tagħha u dwar x'jistgħu jagħmlu flimkien iż-żgħar u l-kbar biex jibnu l-Ewropa ta' għada.
- Xi jfisser tkun ċittadin Ewropew?
- Liema dirttijiet tal-UE ksibna permezz tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea?
- Kif jipperċepixxu dawn id-drittijiet iċ-ċittadini Ewropej ta’ għada u kif biħsiebhom jużawhom?
- X’tip ta’ Ewropa għandna nħallu lill-ġenerazzjoni ta’ warajna?
Billi tressaq lill-kbar u liż-żgħar qrib xulxin biex toħloq messaġġ dwar il-ġejjieni tal-Ewropa għall-ġenerazzjonijiet kollha, tista’ tirbaħ premju speċjali: Vjaġġ għall-klassi kollha għal Brussell!!! (Għall-istudenti li għandhom 15-il sena u aktar biss)
Għaliex għandek tieħu sehem:
- Qatta’ ftit ħin ta’ kwalità ma’ persuna minn ġenerazzjoni differenti u agħmlu l-ġid lil xulxin billi taqsmu bejnietkom l-għarfien, l-esperjenzi u l-ħiliet.
- Aqsam l-esperjenza interġenerazzjonali tiegħek ma’ skejjel oħrajn fl-Ewropa.
- Aqsam viżjonijiet differenti dwar l-Ewropa.
- Ħu sehem f’kompetizzjoni u irbaħ il-premijiet.
- Irċievi ċertifikat għall-parteċipazzjoni tiegħek.
Aqra aktar fuq kif tipparteċipa





